1	FEJN HU ĠAKBU? 
2	Ġakbu u Marija qegħdin fil-ġnien. It-temp sabiħ illum, sħun ħafna. Imma ilbieraħ kien kiesaħ ħafna! Ma setgħux jilgħabu barra dakinhar. Ġakbu u Marija jħobbu jilgħabu, dejjem jilgħabu flimkien fil-ġnien quddiem id-dar il-kbira.
3	Ġakbu huwa tifel zgħir u għandu sitt snin. It-tifla iz-zgħira hija oħtu, għanda ħames snin. Ġakbu għandu kelb zgħir, il-kelb ukoll qiegħed fil-ġnien bħalissa. Il-kelb jħobb jilgħab maż-żewġt itfal. Il-kelb ferħan ħafna bħalissa.
4	Mary ukoll għanda kelb? Le, Mary m'għandiex kelb, għandha qattus. Imma il-qattus qiegħed ġewwa, il-qattus qed jorqod.
5	Ommhom qegħdha ġewwa mal-qattus, tħares minn ġot-tieqa u tara lil Ġakbu u lil Marija jilgħabu. Ġakbu jiġri malajr sa siġra kbira antika, hu qed jinħeba minn Marija. Tafu għaliex? Marija qed tpoġġi u għandha idejha quddiem għajnejha. M'hi qed tara xejn u qed tgħodd. Għalfejn qed tagħmel hekk? U x'qed jagħmel Ġakbu ħdejn is-siġra?
6	Din hija logħoba. Meta Marija tispiċċa tgħodd tħares madwarha. Qed tfittex lil Ġakbu: fejn mar? Rajtuh?
7	Marija ma tafx fejn hu Ġakbu. Tistaqsi lil kelb: "Rajt lil Ġakbu?". Imma l-kelb ma jitkellimx ovvjament! Allura Marija ma tirċevix tweġiba għall-mistoqsija tagħha. Ħadd ma jirċievi tweġiba meta jitkellem mal-klieb!
8	Marija tħares lejn ommha fit-tieqa, ommha qed tidħak. Marija taħseb li hi rat fejn mar Ġakbu: "Għidli fejn hu!", tgħid lil ommha. "Le Marija, ma nistax ngħidlek!", tweġibha. Għalkemm probabbli taf fejn hu, ma tridx tgħid.
9	Marija timxi bil-mogħod madwar il-ġnien. Għadha qed tipprova ssib lil Ġakbu. Tħares taħt il-mejda u taħt is-siġġijiet, imma Ġakbu mhuiex hemm. Tħares kullimkien imma ma tistax tsib lil Ġakbu.
10	Imbagħad tisma ħoss ġej minn wara is-siġra l-kbira l-antika. Tgħid dak Ġakbu? Hemm hu dak il-ħoss reġa'! Toqgħod attenta tissemma. Dak mhuiex għasfur jew annimal ieħor. Issa qed tisimgħu sew. Bilfors Ġakbu dak!
11	Imbagħad tara ukoll id zgħir u meta timxi qrib tara anke rasu! Tidħak u tgħid: "Sibtek!". It-tnejn jifirħu u jimxu sad-dar, wasal il-ħin biex jieklu xi ħaġa u jixorbu ftit ilma!
